Eluf ta' pazjenti bid-dijabete se jibbenefikaw mill-insulina glargine mingħajr ħlas

    Eluf ta' pazjenti bid-dijabete se jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-insulina glargine mingħajr ħlas. Qal dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa f'konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi.

    Il-Ministru Fearne qal li din l-insulina ġdida se tibda tkun disponibbli proprju fil-jum dinji kontra d-dijabete u se jkunu qed igawdu minnha mal-2,000 pazjent bl-ispiża tlaħħaq it-€800,000.