Joħorġu banner u jawgurawlu fejqan ta' malajr ... Yau-Mun Law għadu rikoverat l-isptar

    Qabel il-logħba mill-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni bejn Santa Venera Lightnings u Għaxaq li ntlagħbet ilbieraħ, it-tim ta’ Santa Venera ħareġ iżomm banner iddedikat lill-captain Yau-Mun Law.

    Yau-Mun Law għadu rikoverat l-isptar wara li sofra minn kumplikazzjonijiet f’qalbu waqt li kien qiegħed jilgħab kontra Kirkop.

    Yau-Mun ingħata l-ewwel għajnuna fil-grawnd stess u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz tal-ambulanza.