Pierre Emerick Aubameyang il-viċi-Suarez?

    Barcelona qed ifittxu li jkollhom attakkant ieħor li jista’ jieħu post Luis Suarez li m’għadux daqshekk żgħir fl-età. Id-diriġenti Katalani qed jaħsbu fil-possibbiltá li jiksbu l-firma tal-attakkant mill-Gabon, Pierre Emerick Aubameyang. Dan tal-aħħar bħalissa qed jilgħab ma’ Arsenal u sejjer tajjeb ferm magħhom tant li skorja disa’ goals fi 13-il partita.

    Aubameyang jista’ jkun il-player adattat għall-coach Ernesto Valverde minħabba l-istil ta’ logħob li jħaddan u x-xamma għall-goal tiegħu.

    Aubameyang, li llum il-ġurnata għandu 30 sena, lagħab ukoll ma’ Milan, Dijon, Lille, Monaco, Saint Etienne u Borussia Dortmund.