Paulo Dybala jawgura lil Alessandro Del Piero

    Hekk kif Alessandro del Piero ċċelebra l-45 sena tiegħu, hu rċieva ħafna awguri u fosthom kien hemm dawk tal-midfielder offensiv Arġentin ta’ Juventus Paulo Dybala. Dan tal-aħħar jilbes il-flokk numru 10 mal-Bianconeri u f’kumment li ħalla fuq il-profil personali tiegħu, Dybala sostna li jinsab kburi li hu wieħed mill-werrieta ta’ dan il-flokk leġġendarju.

    Dybala qal li Del Piero minn dejjem kien l-idolu tiegħu u qatt ma mmaġina li kellu jilbes proprju l-flokk tiegħu.

    Finalment l-aħħar kumment ta’ “La Joya” fil-konfront ta’ Del Piero kien xi ħaġa hekk:
    “Int tibqa’ n-numru 10 ta’ Juventus għal dejjem u ispirazzjoni għal min se jibqa’ jilbsu.”

    Del Piero lagħab 513-il partita ma’ Juventus u skorja 208 goal.