Kampjonat Premier: Tarxien isofru l-10 telfa konsekuttiva

    Ritratt: Dominic Borg

    Gudja U...... 3

    Tarxien R. .. 2

    Goal fil-ħin miżjud ta’ Miguel Antonio Jimenez ta rebħa importanti lil Gudja United meta għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 3-2 biex fl-istess waqt ikkastigaw lir-Rainbows għall-10 telfa minn daqstant logħbiet u għaldaqstant jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika min­għajr l-ebda punt. 

    U dan għamluh meta lagħbu bi player inqas għal kważi nofs siegħa meta tkeċċa Miguel Attard għal ammonizzjoni doppja.

    Il-Gudjani ma setgħux kellhom bidu aħjar meta wara biss 22 sekonda fetħu l-iskor meta RUNDELL WINCHESTER approfit­ta minn żball difensiv ta’ Daniel Zerafa, daħal tajjeb fil-kaxxa u tefa’ fir-rokna tax-xibka b’xutt fil-baxx.

    Iżda fis-26 minuta, Tar­xien kisbu d-draw  permezz ta’ ALEKSA ANDREJIC li direttament minn corner inganna għal kollox lill-goalkeeper Debono.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Tarxien ħarġu fuq l-offensiva u wara sitt minuti rnex­xielhom imorru fil-vantaġġ, meta ALEKSA ANDREJIC daħal tajjeb fil-kaxxa u u kien pront jixħet il-ballun wara dahar il-goalkeeper Debono. 

    Fl-64 minuta, Gudja Uni­ted spiċċaw jilagħbu b’għaxar players meta Miguel Attard intwera t-tieni karta safra għal daħla xejn kumplimentuża fuq Aleska Andrejic.

    Fit-73 minuta, Stiv Shaba għadda tajjeb lejn Andrejic fil-kaxxa iżda l-goalkeeper  Debono wettaq save tajjeb fuq l-attakkant tar-Rainbows.

    Żewġ minuti wara, Gudja għamlu l-iskor indaqs meta mill-cross fuq il-lemin ta’ Carlos  Santana Barros lejn Winchester, kien Da­niel Zerafa li bir-ras xeħet fil-lasta tiegħu stess fit-tentattiv li jikklerja l-periklu.

    Iżda r-Rainbows baqgħu jattakkaw u fit-83 minuta, Andrejic resaq viċin meta l-konklużjoni tiegħu għaddiet ftit barra.

    Żewġ minuti mit-tmiem kien il-goalkeeper Debono li mblokka xutt mill-viċin ta’ Andrejic.

    Madankollu, fil-91 minuta Gudja kisbu l-goal tar-rebħa meta l-goalkeeper Briffa salva parzjalment żewġ tentattivi fuq Peter Paul Sammut u Anderson De Barros, iżda MIGUEL ANTONIO JIMENEZ mill-viċin  kien pront xeħet l-bal­l­un fix-xibka u lil ftit partitarji f’dellirju ta’ ferħ. 

    GUDJA U.: 1-Jonathan Debono, 5-Zachary Cassar, 6-Miguel Attard, 7-Aidan Jake Friggieri (11-James Brincat 71), 9-Rundell Renold Winchester (20-Peter Paul Sammut 81), 15-Gab­riel Mensah, 18-Anderson De Barros, 19-Miguel Antonio Jimenez, 22-Hubert Vella, 23-Llywelyn Cremona (10-Carlos Santana Barroso 57), 25-Juan Andres Bolanos - Coach: Josef Mansueto

    TARXIEN R.: 2-Rudy Briffa, 3-Thomas Veronese,  5-Brandon Muscat, 9-Manuel Torres Murillo (22-Miguel Ciantar 45),11-Aleksa Andrejic, 13-Gary Camilleri,14-Stiv Shaba (10-Ayrton Azzopardi 87), 15-Marko Stanojevic, 18-Nevin Portelli (28-Jairo Andres Tenorio Viveros 53), 23-Petar Kanurov, 30-Daniel Zerafa - Coach: Marko Glumac

    REFEREE: Etienne Mangion

    ASS. REFEREES:Roberto Vella, James Muscat

    RABA’ UFF: Slobodan Pe­rovic

    SKORERS:R. Winchester 1, D. Zerafa 75, M. A. Jimenez 91 (GU); A. Andrejic 26, 51 (TR)

    AMMONITI:M. Attard, Z. Cassar (GU); M. Stanojevic, B. Muscat (TR)

    TKEĊĊA:M. Attard 64 (GU)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Aleksa Andrejic (Tarxien R.)