[FILMAT] Tikku l-kelb mimli enerġija li jferraħ lill-anzjani f'San Vinċenz de Paul

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u l-Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis kellu mument ħelu dalgħodu meta mar biex iżur l-anzjani f'San Vinċenz de Paul.

    Jidher li Tikku, daqsxejn ta' kelb żgħir qiegħed juża l-enerġija kollha tiegħu biex jaqbeż u jferraħ lill-anzjani. Jidher li b'ħila kbira Tikku qiegħed iqatta' ħafna ħin jilgħab bil-bużżieqa li ngħatatlu.

    Filwaqt li ċċajta bil-fatt li kieku jsiru jafu bih timijiet kbar tal-futbol żgur jitħajru jagħtuh ċans jipprova, Decelis fakkar f'kemm u sabiħ li nsibu ħin biex inżuru lill-anzjani tagħna.