Erling Haaland jista’ jingħaqad ma’ RB Leipzig

    Teżisti possibbiltá li l-attakkant internazzjonali Norveġiż ta’ RB Leipzig, Erling Haaland, jiffirma mal-club Ġermaniż, RB Leipzig, minkejja li qed jiġi segwit minn bosta clubs madwar l-Ewropa.

    Matul dawn l-aħħar ġranet ġie rappurtat li Manchester City, Manchester United, Barcelona, ??Real Madrid u Juventus, kollha kien qed jiġru wara l-firma tiegħu.

    Madankollu dan il-player ta’ 18-il sena jinsab interessat li jmur jilgħab fil-Bundesliga.

    U proprju RB Leipzig huma l-istess sidien ta’ RB Salzburg u għaldaqstant ma tkun l-ebda problema li jagħmel din iċ-ċaqliqa.

    Il-kuntratt tiegħu jintemm f’Ġunju 2023.