Milan u Inter wara Matias Godoy

    Ħafna qed iqisuh bħala l-Luis Suarez il-ġdid. Dan il-player m’hu ħadd ħlief Matias Godoy, attakkant Arġentin ta’ 17-il sena li bħalissa jinsab reġistrat ma’ Atletico de Rafaela. Dan il-player kien protagonista fit-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-17-il sena mat-team nazzjonali Arġentin.

    Sar magħruf li kemm AC Milan kif ukoll Inter qed isegwu sew il-progress ta’ dan il-player żagħżugħ fit-tentattiv li joffrulu kuntratt professjonali. In-Neroazzurri huma favoriti li jiksbu s-servizzi ta’ dan il-player li skorja żewġ goals fl-aħħar tliet partiti li lagħab.

    Fil-fatt il-coach Antonio Conte avża lid-direttur sportiv Beppe Marotta sabiex jirsisti u jġib lil dan il-player f’Jannar li ġej.