Bayern Munich ma jikkunsidrawx lil Arsene Wenger

    F’komunikatuffiċjali li  ħarġu Bayern Munich huma kkonfermaw li mhux interessati sabiex Arsene Wenger ikun il-coach tagħhom għall-kumplament tal-istaġun. Dan wara li l-ex coach ta’ Arsenal ikkuntattja lill-ġganti Ġermaniżi minħabba li kien interessat jimla l-irwol li ħalla l-ex manager Niko Kovac fi tmiem il-ġimgħa l-oħra.

    Il-komunikat jgħid li filwaqt li jirrispettaw ix-xogħol li Wenger għamel ma’ Arsenal, mhux qed jikkonsidraw li jieħu post Kovac fit-tmun tat-team. Bħalissa l-coach temporanju huwa Hans Flick li ddebutta b’rebħa ta’ 2-0 fil-UEFA Champions League kontra Olympiakos. Jingħad li Flick jista’ jibqa’ fit-tmexxija temporanja tat-team mill-Bavarja sal-aħħar tal-istaġun sabiex il-klabb ikun jista’ jsib sostitut denju għal din il-kariga.

    Qed jissemmew żewġ coaches u dawn huma Thomas Tuchel u Erik Ten Haag.