Kampjonat Premier: Balzan b’rebħa kbira fuq Mosta

    Ritratt: Walter Sargent

    Balzan ........... 5

    Mosta............. 0

    Wara t-telfa kontra Sirens u d-draw diżappuntanti ma’ Senglea Athletic, Bal­zan irritornaw għar-rebħ meta kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Mosta bl-iskor kbir ta’ 5-0, f’partita li huma kienu diġá aċċertaw mir-rebħa sa tmiem l-ew­wel taqsima hekk kif daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ tliet goals.

    Kienu Balzan li fetħu l-iskor proprju fl-ewwel az­zjoni perikoluża li ħolqu, wara biss tliet minuti, meta wara li rċieva l-ballun minn cross fil-baxx ta’ Stefan Dimic, minn po­żizzjoni ideali  UROS LJUBOMIRAC tefa’ l-ballun fix-xibka.

    Huma komplew jiddettaw il-logħob u fil-25 minuta rebħu penalty hekk kif il-goalkeeper Mosti, Andreas Vella, waqqa’ lil Andrija Majdevac fil-kaxxa.

    Mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess attakkant Serb li iżda ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal-mimduda biex mir-rebound pront kien id-difensur Olandiż AUGUSTINE LOOF li permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin xeħet il-ballun fix-xibka.

    Mal-ħin kompla d-dominju assolut mit-team immexxi mill-coach Jacques Scerri, u fil-41 minuta, għamluhom tlieta meta Ricardo Correa Duarte serva lil ANDRIJA MAJDEVAC li avvanza tajjeb fil-kaxxa u permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun wara Andreas Vella.

    Fid-79 minuta, Balzan rebħu t-tieni penalty meta l-captain ta’ Mosta Tyrone Farrugia waqqa’ lil Uros Ljubomirac fil-kaxxa, biex mill-11-il metru, ANDRIJA MAJDEVAC,  ma żbaljax hekk kif tefa’ l-ballun naħa u lil Vella n-naħa opposta, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

    Fil-85 minuta, kom­pliet ix-xalata ta’ goals, meta Balzan issiġillaw ir-rebħa permezz tal-ħames goal meta s-sostitut Ryan Sciccluna għadda tajjeb lejn RICARDO CORREA DUARTE, li kien fost l-aqwa players minn sħabu, u minn qagħda ideali għeleb għal kollox lill-goalkeper Mosti.

    BALZAN: 83-Kristijan Naumovski, 3-Augustine Loof, 5-Aleksandar Kosoric, 10-Steve Pisani, 11-Steve Bezzina, 15-Michael Johsnon, 16-Paul Fenech (4-Marcus Grima 83), 18-Uros Ljubomirac, 23-Stefan Dimic (21-Ryan Scicluna 76), 30-Ricardo Calixto Correa Duarte, 50-Andrija Majdevac - Coach: Jacques Scerri

    MOSTA: 1-Andreas vella, 9-Akeem Garnet Roach, 10-Weverton Gomes, 14-Dexter Xuereb, 19-Momodou Jallow (11-Duane Bonnici 77), 20-Jean Barthelemy Diuof, 22-Tyrone Farrugia, 23-David James Brown, 24-Leonardo Sergio Villareal, 30-Matias Muchardi (18-Kyle Gatt 89), 93-Christian Grech (77-Zachary Brincat 46) - Coach: Mark Miller

    REFEREE: Slobodan Petrovic

    ASS. REFEREES:Thomas Debono, Paul Apap

    RABA’ UFF: Mario Apap

    SKORERS:U. Ljubomirac 3,  A. Loof 25, A. Majdevac 41, pen. 79 , R. C. Correa Duarte 85 (B)

    AMMONITI:R. C. Correa Duarte (B), A. Vella, J. B. Diouf (M)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Andrija Majdevac (B)