Kampjonat Premier: Valletta jirritornaw għar-rebħ

    Ritratt: Domnic Borg

    Valletta .......... 1

    Senglea A. ..... 0

    Valletta rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor minimu ta’ 1-0 biex telgħu ukoll fit-tielet post tal-klas­sifika u għaldaqstant żammew il-pass mat-timijiet ta’ fuq.

    L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet wara tliet minuti logħob meta t-tentattiv  minn barra l-kaxxa ta’ Irakli Dzaria ntemm barra.

    Sa mill-bidu tal-logħba, il-Beltin ippruvaw jiksbu s-supremazija territorjali, filwaqt li s-Sengleani lagħbu l-logħba ta’ konteniment u ppruvaw joperaw bil-kontrattakki.

    Fl-14-il minuta, il-goalkeeper ta’ Senglea Athletic, Matthew Farrugia, salva fuq Enmy Pena Beltre.

    Sitt minuti wara, l-istess Farrugia ħtieġlu joħroġ jippanċja fuq Mario Fontanella qabel dan seta’ jkun ta’ periklu.

    Fit-28 minuta, il-Lilywhites kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta l-cross-shot ta’ Rowen Muscat ħabat mal-mimduda u ġie mblukkat minn Farrugia.

    Iżda minuta wara, Valletta marru fil-vantaġġ meta mill-cross ta’  Pena Beltre,  MATTEO PICIOLLO għola tajjeb u bir-ras tefa’ fix-xibka. 

    Fit-34 minuta, waslet l-ewwel azzjoni insidjuża min-naħa tas-Sengleani, meta Manolito Micallef xe­ħet lejn Wilfried Zamble li t-tentattiv tiegħu ġie mdawwar f’corner mid-difiża Bel­tija.

    Fil-41 minuta, Manolito Micallef ipprova jqabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper Bonello minn tliet kwarti ta’ ground iżda dan tal-aħħar kien ferm attent.

    Tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, il-goalkeeper Farrugia wettaq save fuq xutt mill-viċin ta’ Pi­ciollo biex salva goal ċert.

    Fit-tieni taqsima l-Athle­tics urew titjib fil-logħob tagħhom u fid-59 minuta, Wilfried Zamble daħal tajjeb fil-kaxxa xeħet lura lejn David Xuereb iżda dan minn qagħda ideali spara għoli.

    Għaxar minuti wara Zamble xeħet lejn Dias fil-kaxxa, iżda minn pożizzjoni angolata żbalja l-mira.

    Fil-75 minuta, Valletta resqu viċin meta Pena Belte xeħet lejn Nwoko li falla l-mira mill-qrib.

    Tliet minuti wara, il-goalkeeper Farrugia kien providenzjali għal Senglea meta wettaq save stupend mill-viċin fuq Fontanella.

    Minuta mit-tmiem free-kick insidjuż minn tarf il-kaxxa mogħti mill-midfielder ta’ Senglea, Teixeira, ġie ddevjat f’corner.

    VALLETTA: 1-Henry Bonello, 2-Jonathan Caruana, 4-Steve Borg, 10-Matteo Piciollo (22-Nicholas Pulis 84), 14-Kyrian Nwoko (9-Bojan Kaljevic 79),16-Jean Borg, 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 19-Joseph Zerafa, 24-Rowen Muscat, 88-Irakli Dzaria, 89-Mario Fontanella (11-Shaun Dimech 90) - Coach: Darren Abdilla

    SENGLEA A.: 1-Matthew Farrugia, 4-Sigitas Olberkis, 5-Dejan Debono (14-Jan Tanti 77), 6-Elvis Sakyi, 7-Leighton Grech (13-Jose Wilkson Teixeira 60), 9-Manolito Micallef, 17-Sean Cipriott (11-Taisei Marukawa 68), 19-Wilfried Zamble, 27-Anderson Do Nascimento Carneiro, 30-David Xuereb, 99-Marcelo Maria­no Dias - Coach: Steven Vella

    REFEREE: Trustin Farrugia Cann

    ASS. REFEREES:Jurgen Spiteri, Ivan Galea

    RABA’ UFF: Eman Grech

    SKORERS:M. Piciollo 29 (V)

    AMMONITI:J. Zerafa, N. Pulis, M.Fontanella (V); S. Cipriott, A. Do Nascimento Carneiro, M. Dias (SA)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Matteo Piciollo (Valletta)