Sid ta' stabbiliment f'Paceville akkużat b'importazzjoni tad-droga

    Ir-raġel ta' 31 sena iwieġeb mhux ħati…

    Ahmed Elmzouga, raġel ta' 31 sena mil-Libja, deher il-Qorti akkużat b'importazzjoni, kif ukoll pussess aggravat, tad-droga kokaina.

    Skont l-Ispettur Frank Tabone, l-imputat twaqqaf minn uffiċjali tas-sigurtà fl-Ajruport ta' Malta, wara informazzjoni anonima li kienet ingħatat lill-Pulizija. Jidher li meta l-pulizija fittxew lir-raġel, sabu li fuqu kellu fuqu maż-2 kilogrammi droga. Skont stqarrija tad-Dwana, din id-droga hija stmata li kellha valur ta' madwar €200,000.

    Tabone saħaq kif l-imputat kkopera mal-pulizija, tant li rrilaxxa stqarrija ddettaljata, fejn huwa saħaq li ma kienx jaf li l-bagalja kienu jikkontjenu d-drog, pero kien mogħti struzzjonijiet minn terzi persuni biex jagħti l-bagalja lil ħadd ieħor.

    Elmzouga wieġeb mhix ħati għall-akkużi tiegħu. Filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri, li kienu qegħdin jidhru għalll-akkużat, talbu għall-ħelsien mill-arrest, il-Qorti rrifjutat din it-talba, għax saħqet li kien hemm biża tanġibbli li x-xhud seta jipperikola l-evidenza, kif ukoll ċertu xhieda pajżana li kellhom jixhdu. "Il-Qorti ma tafdax lill-akkużat li joqgħod mal-kundizzjonijiet tal-bail li tista timponi fuqu."

    Il-Maġistrat Nadine Lia ppresediet il-każ.