Identifikat ir-raġel li nqatel minn kelb il-baħar ... Tlieta oħra se jsirulhom tejtijiet fl-istonku

    Beda jiċċirkola l-ewwel ritratt tal-vittma li qiegħed ikun maħsub li nqatel minn kelb il-baħar waqt li kien qiegħed jgħum f’Hermitage Lagoon. Il-vittma ġie identifikat bħala Richard Martyn Turner.

    Skont rapporti li saru jidher li l-ilmijiet li kien fihom, kienu meqjusin siguri għall-għawm anke minħabba il-fond tal-ilma u t-temperaturi. Minkejja dan aktar tard wara s-sejba tal-id f’wieħed mill-klieb il-baħar, ittellgħu tlieta oħra.

    Il-koppja kienu qegħdin jiċċelebraw għeluq snin il-mara tal-vittma u kienu qegħdin igawdu din il-btala fil-lukanda Lux Hotel f’St Gilles.

    Kelliem għall-Pulizija ikkonferma li l-klieb il-baħar inqabdu minħabba li keinu qegħdin jgħumu “ferm lil hinn mill-abitat naturali tagħhom”. Huwa mifhum li dawn se jkunu qegħdin jiġu eżaminati wkoll.

    Filwaqt li l-mara kkonfermat li l-vittma kien żewġha miċ-ċurkett tat-tieġ, it-testijiet tad-DNA se jkunu qegħdin jikkonfermaw dan fis-sigħat li ġejjin.

    Aqra wkoll: http://inewsmalta.com/article.php?ID1=87251