“Għalfejn? Il-kelba teħtieġ il-mediċina” … Jappella għall-għajnuna tal-pubbliku biex isib il-kelba li allegatament insterqitlu

    Sid ta’ kelba li ilha għandu għal dawn l-aħħar sitt snin qiegħed jappella bil-ħniena  biex din tingħatalu lura wara li allegatament kien hemm individwu jew individwi li serquhielu.

    Is-sid kiteb jgħid li milli jidher kien hemm persuna li allegatament resaq ħdejn ix-xatba b’van Toyota Hilux f’Ta’ Qali, għabba din il-kelba u telaq minn fuq il-post.

    Huwa kompla jispjega li l-kelba għadha kif ġiet operata u li għadha għaddejja bil-kura.

    Filwaqt li hemeż ritratt tal-kelba huwa appella biex kull min għandu xi informazzjoni li tista’ tgħinu jerġa’ jsibha jibat messaġġ jew lilu jew jikkuntattja lill-Pulizija fl-eqreb għassa.