L-Iran iwaqqa' drone … mux magħruf jekk huwiex militari jew ċivili

    Il-midja Iranjana illum irrapportat li il-militar Iranjan kien waqqa’ drone fuq il-belt ta’ Mahshahr li tinsab fin-Nofsinhar tal-pajjiż.

    Ma ngħata l-ebda aktar informazzjoni dwar jekk id-drone huwiex militari jew ċivili.

    L-istazzjon tat-televiżjoni Al-Alam qal li “r-residenti semgħu l-ħoss ta’ missila tkun sparata kmieni filgħodu”.

    F’Ġunju li għadda l-Iran kien waqqa’ drone Amerikan li kien qed jintuża għal sorveljanza, bil-militar Iranjan jgħid li d-drone kien qed jittajjar fin-Nofsinhar tal-pajjiż.

    Washington qal li d-drone Amerikan kien twaqqa’ mill-Iran fl-ispazju tal-ajru internazzjonali  fuq l-Istrett ta’ Hormuz.

    Ir-relazzjonijiet bejn l-Iran u l-Istati Uniti ħadu bixra ħażina mindu s-sena li għaddiet il-President Amerikan Donald Trump qal li l-Istati Uniti mhix se tkun qed tibqa’ tonora l-ftehim nukleari iffirmat ma’ Tehran fl-2015. Dan filwaqt li reġa’ impona sanzjonijiet fil-konfront tal-Iran.