Mis-sena d-dieħla jibdew isiru operazzjonijiet tal-kanċer tal-prostata

    Investiment ta’ €4 miljun għall-operazzjonijiet b’teknoloġija robotika…

    Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Cris Fearne żar l-ewwel robot li se jkun qiegħed jassisti lill-kirurgi fis-swali tal-operazzjonijiet f’Mater Dei.

    Din it-teknoloġija ġdida saret b’investiment ta’ €4 miljun u se twassal biex operazzjonijiet bħal dawk tal-kanċer tal-prostata, li bħalissa ma jsirux Malta, ikunu jistgħu jibdew isiru f’pajjiżna.

    Id-Deputat Prim Ministru Fearne qal li fil-preżent madwar 35 pazjent fis-sena jintbagħtu barra għall-operazzjonijiet fil-prostata u issa permezz ta’ din it-teknoloġija se jkunu qed isiru f’pajjiżna li jfisser inqas skariġġ għall-pazjent. Huwa qal li dawn l-operazzjonijiet se jibdew mis-sena d-dieħla u li permezz ta’ din it-teknoloġija se jibdew isiru wkoll operazzjonijiet oħrajn fi speċjalitajiet oħra fosthom fil-fwied, gynae u ENT.

    Permezz ta' dawn it-tipi ta' operazzjonijiet bl-għajnuna robotika, il-pazjent jirkupra aktar malajr u b'hekk ikollu bżonn inqas żmien l-isptar.