Tliet snin priġunerija għat-13-il Bulgaru arrestati fuq serq

    Il-ħames irġiel u t-tmien nisa kienu arrestati fl-2017…

    Il-Qorti ikkundannat 13 il-persuna mill-Bulgarija li kienu arrestati fuq akkużi ta' serq (pick-pocketing), kif ukoll li kienu ħadu sehem fi kriminalità organizzata.

    Kien fis-7 t'Ottubru tal-2017, meta l-Pulizija arrestat lil ħames irġiel, u tmien nisa, b'etajiet li tvarja bejn il-21 u t-33 sena, wara serje ta' serqiet żgħar f'Tas-Sliema. Il-Pulizija arrestaw lil dawn il-persuni hekk kif huma kienu sejrin jitilqu għall-ajruport u jsiefru barra minn Malta.

    L-Ispettur Jonathan Ransley mexxa l-prosekuzzjoni.