Salvati kollha l-ħaddiema li nqabdu f'minjiera Ġermaniża wara splużjoni

    Il-ħaddiema kollha li baqgħu maqbudin 700 metru taħt l-art f’minjiera wara li seħħet splużjoni f’parti minnha ġew salvati kollha.

    Il-ħaddiema ta’ salvataġġ sabu madwar 35 ħaddiem f’żona ta’ sigurtà fil-minjiera li tinsab fil-belt ta’ Teutschenthal fil-Lvant tal-Ġermanja, u rnexxielhom isalvaw lill-ħaddiema kollha fi żmien 90 minuta.

    Għadu mhux magħruf xi kkaġunat l-isplużjoni.

    Mill-inqas żewġ ħaddiema ndarbu f’dan l-inċident.