Rapport jgħid li l-Arċisqof ġibed l-attenzjoni tal-qassis kontroversjali Fr David Muscat

    L-Arċisqof Charles Scicluna ġibed l-attenzjoni tal-qassis kontroversjali, Fr David Muscat, dwar id-diskorsi tiegħ meqjusin bħala li jmorru kontra l-immigranti. Dan kien ikkonfermat f’sezzjoni tal-midja lokali.

    Il-Knisja matul dawn l-aħħar ġimgħat kienet taħt pressjoni biex tikkundanna d-diskorsi ta’ Fr Muscat kontra l-barranin, fejn saħansitra kien anke qabbel il-barranin li jiġu jaħdmu f’pajjiżna bħala “invażjoni”. Huwa kemm-il darba wkoll qal li f’pajjiżna fiż-żmien li ġej se jispiċċa jkun hawn aktar barranin milli Maltin.

    Fid-diskors politiku tiegħu ta’ nhar il-Ħadd li għadda, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li kien tkellem mal-Arċisqof fejn esprima d-diżappunt tiegħu għall-fatt li l-Knisja qed tħalli pesuna fi ħdanha tilleġittimizza l-mibegħda razzjali.