Il-mużika, it-teatru u l-arti se jiddaħħlu fil-kurrikulu tal-iskejjel pubbliċi u privati fl-Arabja Sawdija

    Il-mużika, it-teatru u l-arti se jibdew jifformaw parti mill-kurrikulu tal-iskejjel pubbliċi u privati fl-Arabja Sawdija. Dan tħabbar mill-Ministeru għall-Kultura Badr bin Abdullah bin Farhan wara li ltaqa’ mal-Ministru għall-Edukazzjoni Hamad bin Mohammed Al Shaikh.

    Huma ddiskutew għanijiet relevanti u strateġiċi.

    “Il-mużika, it-teatru u l-arti ħarti mill-edukazzjoni tagħna. Li jmiss jiġi issa huwa ferm aktar sabiħ,” ikkummenta permezz ta’ tweet il-Ministru għall-Kultura.

    Il-Ministeru issa għandu l-jedd ukoll li joħroġ permessi u liċenzji għal ativitajiet kulturali u artistiċi lil skejjel pubbliċi u privati, istituzzjonijiet u universitajiet.