L-ATM u l-fergħa tal-BOV f'San Pawl jerġgħu jiftħu għall-pubbliku

    Il-fergħa tal-Bank of Valletta, u l-ATM tagħha, reġgħet infetħet għall-pubbliku. Il-fergħa ngħalqet nhar is-Sibt li għadda kaġun ta’ ħsrat strutturali fil-binja ta’ terzi li tinsab fuq il-fergħa.

    Fi stqarija l-BOV kien qal li kemm il-fergħa u kif ukoll l-ATM kienu qed jinżammu magħluqin sakemm isir xogħol ta’ manutenzjoni urġenti fuq il-proprjetà ta’ terzi inkwistjoni. Dan biex tkun aċċertata s-sigurtà s-sigurtà għall-klijenti u l-impjegati tagħha.