Ir-Royal Malta Yacht Club ser jospita in-National Dinghy Championships

    Ir-Royal Malta Yacht Club flimkien mal-Malta Sailing Federation se jkunu qed jospitaw in-National Dinghy Championships fi tmiem din il-ġimgħa. 

    Il-Kampjonati, li se jsiru nhar is-Sibt 9 u l-Ħadd 10 ta’ Novembru, se jsiru fir-Royal Malta Yacht Club u tlielaq mistennijali jsiru fil-Port ta’ Marsamxett u barra x-xatt ta’ tas-Sliema.

    Ir-Reġistrazzjoni tista’ ssir online fuq www.rmyc.org

    Ir-reġistrazzjoni / check-in fil-post se ssir is-Sibt fir-Royal Malta Yacht Club bejn 8.30 am u l-10.30 am.

    It-tlielaq huma mistennija li jibdew fil-11:30 am nhar is-Sibt, u fl-10:30 am,  il-Ħadd.

    L-avveniment se jingħalaq b’ċerimonja tal-għotja tal-premijiet li issir immedjatament wara tmiem it-tlielaq,  tal-Ħadd fir-Royal Malta Yacht Club.

    Aktar informazzjoni tinstab fuq www.rmyc.org