Il-biljunarju Michael Bloomberg mistenni li jitfa' l-kandidatura tiegħu għall-Presidenza tal-Istati Uniti

    In-negozjant biljunarju Michael Bloomberg qed jikkunsidra li jitfa’ n-nomina tiegħu bħala kandidat tal-Partit Demokratiku għall-elezzjoni Presidenzjali Amerikana.

    L-eks-sindku ta’ New York huwa mħasseb li l-kandidati attwali mhumiex biżżejjed ta’ livell biex jegħlbu lil Donald Trump fl-elezzjoni li se tkun qed tiżvolġi s-sena li ġejja.

    Bloomberg, li għandu 77 sena, mistenni li jitfa’ l-kandidatura tiegħu din il-ġimgħa għall-elezzjoni presidenjali primarja f’Alabama.

    Attwalment hemm 17-il kandidat li se jkunu qed jikkontestaw lil Trump.

    L-eks Viċi President Joe Biden, is-Senatur Elizabeth Warren u s-Senatur Bernie Sanders huma l-kandidati ewlenin għad-Demokratiċi.