Ralf Rangnick minflok Ole Gunnar Solskjaer?

    Manchester United kellhom laqgħa fit-tul mal-coach Ralf Rangnick fit-tentattiv biex ikun is-suċċessur ta’ Ole Gunnar Solskjaer fit-tmexxija tat-team.

    Solskjaer jinsab taħt pressjoni kbira wara t-telfa ta’ 1-0 kontra Bournemouth, is-Sibt li għadda. Din kienet ir-raba’ telfa tagħhom fi 11-il logħba fil-Premier League s’issa dan l-istaġun.

    Rangnick, li mexxa lil RB Leipzig għall-promozzjoni fil-Bundesliga, ġie identifikat bħala s-suċċessur ideali jekk Solskjaer jitkeċċa mill-kariga tiegħu.

    Rangnick, li huwa l-kap tal-isport u tal-iżvilupp fil-club ta’ Leipzig qed jispeċjalizza wkoll fis-settur taż-żgħażagħ u jinsab koll fil-mira ta’ Bayern Munich wara li keċċew lil Niko Kovac ftit tal-jiem ilu.