Pedro segwit minn Fenerbahce

    Fenerbahce huma nteressati li jiffirmaw lill-midfielder ta’ Chelsea, Pedro, u mistennija li jibdew diskussjonijiet dwar il-possibbiltá ta’ trasferiment hekk kif fi tmiem l-istaġun ikun player liberu minħabba li jintemmlu l-kuntratt.

    Fil-veritá, l-internazzjonali Spanjol ma jridx jibqa’ mal-Pensioners minħabba li tilef post regolari fit-team immexxi mill-coach, Frank Lampard.

    Id-direttur sportiv ta’ Fenerbahce, Damien Comolli, se jiltaqa' mar-rappreżentanti tal-attakkant fil-jiem li ġejjin.

    Il-player ta’ 32 sena, li huwa liberu li jinnegozja ma’ clubs oħra f’Jannar li ġej, skorja 28 goals f’129 partita ghall-Blues mindu ngħaqad magħhom, fl-2015, mingħand Barcelona.