Kylian Mbappe ma’ Liverpool?

    Rapporti fil-media Spanjola qed isostnu li Liverpool jistgħu jegħlbu lil Real Madrid għall-firma tal-attakkant internazzjonali Franċiż ta’ Paris St Germain, Kylian Mbappe.

    Qed jiġi rappurtat li Liverpool jistgħu jċedu lil Mohamed Salah lill-Madrileni filwaqt li huwa jiffirmaw lil Kylian Mbappe.

    U filwaqt li r-Reds qed jitolbu €170 miljun għal Salah, il-Pariġini jridu €215-il miljun għal Mbappe.

    Barra minn hekk, l-isponsors il-ġodda ta’ Liverpool, Nike, li huma wkoll l-isponsors personali ta’ Mbappe, se jagħmlu dak kollu fil-poter tagħhom biex jgħinu biex dan il-player ta’ 20 sena imur jilgħab f’Anfield.

    Min-naħa tiegħu, huwa ma jridx jiffirma kuntratt ġdid mal-Pariġini u għaldaqstant fis-sajf li ġej jista’ jiċċaqlaq.