Milan iridu lil Ivan Rakitic

    Milan identifikaw lill-midfielder ta’Barcelona Ivan Rakitic bħala s-sostitut ideali ta’ Franck Kessie.

    Filwaqt li l-internazzjonali tal-Ivory Coast huwa meqjus bħala player ewlieni f’San Siro, is-sitwazzjoni finanzarja ta’ Milan tista’ tirriżulta f’bejgħ għal dan il-midfielder f’Jannar li ġej.

    Jidher li l-ġganti Taljani iridu jiffirmaw lil Ratikitic, li huwa mistenni li jħalli n-Nou Camp fil-ġimgħat li ġejjin.

    Il-player ta’ 31 sena beda biss logħba waħda s’issa u daħal bħala sostitut disa’ darbiet oħra fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun.

    Iċ-champions Spanjoli huma lesti li jbiegħu lill-internazzjonali Kroat, filwaqt li r-Rossoneri jħossu li jistgħu jagħmlu profitt billi jissostitiwixxu lil Kessie mal-ex player ta’ Sevilla.

    Rakitic għad fadallu ftit iktar minn 18-il xahar biex jintemmlu l-kuntratt.