Arsenal iridu jneħħu lil Granit Xhaka

    Arsenal jinsabu ppreparati biex jisimgħu offerti għal Granit Xhaka f’Jannar li ġej.

    Ix-xahar li għadda, Xhaka rreaġixxa b'mod irrabjat fil-konfront tal-partitarji meta ferħu bis-sostituzzjoni tiegħu kontra Crystal Palace bil-konsegwenza li dar fuqhom u uża kliem abbużiv fil-konfront lejhom.

    Fil-jiem li għaddew,il-manager tal-Gunners, Unai Emery, iddeċieda li jneħħi lil Xhaka minn captain tal-club bi Pierre-Emerick Aubameyang issa meqjus bħala s-suċċessur tiegħu fl-Emirates Stadium.

    Issa l-club minn Londra ddeċieda li jneħħi li dan il-player Svizzeru ta’ 27 sena ... u filwaqt li għad fadallu tliet snin fuq il-kuntratt attwali tiegħu, il-Gunners jinsabu lesti li saħansitra jitolbu prezz mhux daqstant għoli.