Juventus se jneħħu lil Federico Bernardeschi?

    Waqt il-logħba li ntlagħbet f’Moska bejn Lokomotiv Moscow u Juventus, fl-iskwadra Bianconera ma deherx il-midfielder offensiv Federico Bernardeschi li ma ssejjaħx mat-18-il player ta’ Maurizio Sarri u ntbagħat jara l-partita minn fuq l-istands.

    Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-player ta’ 25 sena xejn ma kellu wirjiet tajba fil-partiti tal-kampjonat Taljan u minkejja li ngħata bosta ċansijiet, il-logħob tiegħu baqa’ ma tjiebx.

    Din id-deċiżjoni tista’ tfisser ukoll li Bernardeschi jista’ jiġi rilaxxat miċ-champions Taljani b’Barcelona li qed iħarsu sew lejn il-progress tiegħu.

    Bernardeschi ngħaqad ma’ Juventus fis-sena 2017 fejn s’issa lagħab 59 partita u skorja sitt goals.