Paris St Germain konvinti minn Mauro Icardi

    Paris St Germain huma konvinti mill-attakkant internazzjonali Arġentin, Mauro Icardi, u se jagħmlu dak kollu possibbli biex jiffirmawh b’mod permanenti hekk kif jinsab b’self mingħand Inter.

    Huwa qed ikompli jimpressjona hekk kif skorja l-uniku goal tal-partita fir-rebħa li t-tim mill-belt kapitali Franċiża kellu fuq Club Brugge.

    Icardi skorja fit-22 minuta meta rċieva ferm tajjeb mingħand Angel di Maria sabiex għeleb lill-goalkeeper avversarju.

    Il-ferħ ta’ Icardi kien bla limitu minħabba li kien qed jiċċelebra t-tmien goal f’disa’ logħbiet mat-team Pariġin. Bosta sostnew li dan il-ferħ esaġerat ta’ “Maurito” hu messaġġ dirett lejn il-club oriġinali tiegħu Inter li skartawh kompletament matul din is-sena.

    Min-naħa tiegħu, Icardi qed togħġbu ħafna l-ħajja f’Pariġi u jixtieq ukoll li l-club champion ta’ Franza jirreġistrah għal kollox.