Guardiola: Nikkowċja fl-Italja? Kollox possibbli

    Meta kien mistoqsi jekk xi darba għadx jiġi jikkowċja fl-Italja, il-coach ta’ Manchester City, Pep Guardiola, la ċaħad u lanqas ikkonferma din il-proposta.

    “Forsi ... Iva possibbli. Tkun xi ħaġa sabiħa li niġi nikkowċja fl-Italja għax dan il-pajjiż jogħġobni ferm,” wieġeb Guardiola.

    Guardiola qal li meta kien jilgħab fl-Italja kellu coaches ta’ esperjenza bħal Carlo Mazzone u Fabio Capello li għenuh ferm fil-karriera tiegħu.

    L-ex coach ta’ Barcelona u Bayern Munich qal li bħalissa huwa coach ta’ Manchester City u jixtieq ikompli din l-avventura maċ-champions Ingliżi.