Conte jrid attakkant ieħor

    Wara t-telfa ta’ 3-2 li Inter sofrew kontra Borussia Dortmund, il-coach Antonio Conte kompla jisħaq li għandu jkollu aktar elementi b’saħħithom fl-iskwadra sabiex ikollu għażla lil min jilgħab.

    L-attakk huwa wieħed mid-dipartimenti li l-ex coach ta’ Chelsea u Juventus jixtieq isaħħaħ. Fil-fatt l-akkwist ta’ dan is-sajf Romelu Lukaku qed jilgħab dejjem hu fl-ewwel 11 u dan mhux jagħtih iċ-ċans iserrħu għal xi partiti tal-kampjonat.

    Sadanittant, qed jissemmew xi ismijiet li jistgħu jiġu akkwistati min-Neroazzurri u fost l-oħrajn issemmew Rodrigo de Paul ta’ Udinese, Christian Kouame ta’ Genoa, Gaetano Castrovilli ta’ Fiorentina u Andrea Petagna ta’ SPAL.