Ikomplu l-prostesti fil-Bolivja... S'issa tliet persuni tilfu ħajjithom

    Is-sindku ta’ raħal żgħir fil-Bolivja ġiet attakkata minn protestanti tal-oppożizzjoni li kaxkruha fit-toroq ħafja, ksewha b’żebgħa ħamra, u qatgħulha xagħarha.

    Is-sindku Patricia Arce, li ġejja mill-partit li jinsab fil-Gvern, ingħatat lill-Pulizija ftit tas-sigħat wara. Din hija l-aħħar waħda minn serje ta’ ġlied vjolenti bejn partitarji favur il-gvern, kontra dawk tal-oppożizzjoni, fid-dawl tal-elezzjonijiet presidenzjali kontroversjali li għandhom isiru dalwaqt.

    Sa issa f’dawn il-protesti jidher li mietu tliet persuni.