L-iskola tal-futbol tal-Mellieħa Sports Club tniedi ġemelaġġ sportiv ma’ Ragusa Boys

    L-iskola tal-futbol tal-Mellieħa Sports Club, nhar is-Sibt li għadda nediet ġemellaġġ sportiv ma’ Ragusa Boys, akkademja tal-futbol ġewwa Sqallija.

    Żewġ timijiet ta’ taħt it-tmien snin u d-disa’ snin ħadu sehem f’festival tal-futbol li se jkun organizzat bejn erba’ timijiet oħra tal-lokal.

    Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni bejn dawn iż-żewġ klabbs, il-kowċis u tfal miż-żewġ naħat setgħu jgawdu esperjenzi, filwaqt li jkunu preżenti f’tournaments u festivals rispettivi,

    Dan l-istaġun, l-iskola tal-futbol tal-Mellieħa Sports Club tiċċelebra wkoll tletin sena anniversarju mit-twaqqif tagħha.