Sitt xhur ħabs għal Sudaniż li kien fil-pussess tad-droga

    Illum tressaq taħt arrest quddiem il-Maġistrat ta’ Għawdex Paul Coppini, raġel ta’ 23 sena mis-Sudan, residenti l-Munxar. 

    Hu ġie akkużat talli fil-21 ta’ Ottubru 2019 u/jew fil-ġimgħat ta’ qabel, kellu fil-pussess tiegħu pjanta u raża meħuda mill-pjanta kannabis, liema droga nstabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu. 

    Ir-raġel ammetta l-akkużi kollha miġjuba fil-konfront tiegħu. Hu ġie kkundannat sentenza ta’ sitt xhur priġunerija, kif ukoll immultat €465. 

    Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Anthony Scerri.