Id-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici qed jitlob li ssir inkjesta pubblika dwar dak li seħħ il-Ħadd li għadda fiċ-ċentru ta’ Ħal Far.
Hu qal li ma jemminx li dak li wassal għall-irvellijiet kien bniedem li spiċċa fis-sakra.
Semma wkoll li se ssir konferenza internazzjonali dwar l-immigrazzjoni, filwaqt li semma li x-xenarju tal-immigrazzjoni qed jinbidel, aktar u aktar issa li kien hemm bidla fil-Gvern Taljan li m’għadux jieħu pożizzjonijiet daqstant drastiċi dwar l-immigranti.