Bayern Munich għadhom mhux ċerti fuq Philippe Coutinho

    Il-president ta’ Bayern Munich, Karl-Heinz Rummenigge,

    stqarr li l-club Ġermaniż għadu mhux ċert jekk jakkwistax lill-midfielder internazzjonali Brażiljan, Philippe Coutinho, fuq bażi permanenti.

    Bħalissa, Coutinho jinsab b’self maċ-champions Ġermaniżi wara li naqas li jimpressjona ma’ dawk Spanjoli, Barcelona, wara li kien iffirma magħhom f’Jannar tas-sena li għaddiet mingħand Liverpool.

    Il-ftehim bejn iż-żewġ clubs huwa li Bayern għandhom l-ewwel għażla jekk ikunu jridu jiffirmaw lil dan il-player ta’ 27 sena b’mod permanenti fi tmiem l-istaġun ... għall-prezz ta’ €140 miljun.

    “Irridu niddeċiedu fuq Coutinho meta jkun il-waqt. Philippe huwa player ta’ kwalitá kbira. Huwa wkoll persuna simpatikuu popolari ħafna fil-club. Ninsabu sodisfatti mmens bis-servizz tiegħu.... iżda l-prezz mhuwiex ġust,” qal Rummenigge.