Kevin De Bruyne se jitlaq lil Manchester City?

    Il-midfielder internazzjonali Belġjan, Kevin De Bruyne, qed jikkunsidra l-futur tiegħu ma’ Manchester City.

    Huwa qed iħoss li t-tattiċi tal-coach, Pep Guardiola, mhumiex addatti għalih bil-konsegwenza li mhux qed jeċċella fil-prestazzjonijiet tiegħu.

    Barra minn hekk ma tantx baqagħlu motivazzjoni biex jilgħab aktar għaċ-champions Ingliżi fejn sostna wkoll li għandu dubju kbir kemm Manchester City jistgħu jisfidaw għar-rebħ tal-UEFA Champions League.

    Il-kuntratt tiegħu jintemm f’Ġunju 2023.