Adrien Rabiot ma’ Tottenham?

    Tottenham huma nteressati li jiffirmaw lill-player ta’ Juventus, Adrien Rabiot.

    Il-midfielder internazzjonali Franċiż ingħaqad maċ-champions Taljani bi free transfer mingħand Paris St Germain wara li f’Ġunju li għadda ma ġeddidx il-kuntratt magħhom.

    Iżda mill-bidu tal-istaġun huwa ġie utilizzat tliet darbiet biss u għaldaqstant irid iħalli lill-club f’Jannar li ġej minħabba li ma jinsabx fil-pjani tal-coach, Maurizio Sarri.

    Għaldaqstant teżisti possibbiltá li dan il-player ta’ 24 sena ikun parti minn tpartit biex il-Bianconeri jakkwistaw il-firma tal-midfielder internazzjonali Daniż, Christian Eriksen.

    Il-kuntratt tiegħu ma’ Juventus jintemm f’Ġunju 2023.