Ruslan Malinovsky fir-radar ta’ Chelsea

    Il-midfielder Ukren ta’ Atalanta, Ruslan Malinovsky, qed jagħti wirjiet kbar u dan kollu ma ħarabx l-għajnejn attenti tal-iscouts ta’ Chelsea li marru personalment fi tmiem il-ġimgħa josservawh fl-azzjoni.

    Dan il-player issejjaħ ukoll mat-team nazzjonali tal-Ukrajna mill-coach Andriy Shevchenko. Huwa kkonvinċa anke lill-coach ta’ Chelsea Frank Lampard li ta parir lid-diriġenti sabiex jiksbu s-servizzi tiegħu.

    Malinovsky ingħaqad mal-Bergamaschi matul dan is-sajf fejn diġá lagħab tmien partiti. Fil-passat huwa lagħab ma’ Shakthar Donetsk u Racing Genk.

    Chelsea qegħdin fit-tfittxija għall-player f’nofs il-ground sabiex isaħħu l-iskwadra fix-xhur li ġejjin.