Thiago Motta viċin li jkun caoch ta’ Genoa

    L-ex player Italo-Brażiljan, Thiago Motta, huwa ferm viċin li jkun il-coach il-ġdid ta’ Genoa. Dan kollu jista’ jseħħ wara li t-team minn Genova ġarrab telfa kbira ta’ 5-1 kontra Parma fi tmiem din il-ġimgħa. Wara dan kollu l-president Enrico Preziosi donnu tilef il-paċenzja u mistenni jneħħi lil Andrea Andreazzoli wara biss ftit xhur.

    Dan jista’ jkun ritorn fil-belt ta’ Genova għal Thiago Motta li lagħab ma’ dan il-club fl-istaġun 2008/09 fiż-żmien meta miegħu kien hemm ukoll Diego Milito.

    F’kumment li ta, Motta qal li qed jistenna din is-sejħa għalkemm bħalissa la ċaħad u lanqas ikkonferma xejn.

    Genoa jinsabu fil-post ta’ qabel tal-aħħar fil-klassifika.