Giovanni Di Lorenzo akkwist siewi għal Napoli?

    M’hemmx dubju li l-aqwa akkwist li Napoli għamlu matul is-sajf li għadda huwad-difensur lemini Giovanni di Lorenzo. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u ngħaqad mal-Partenopei għas-somma ta’ €8 miljun mingħand Empoli. S’issa huwa lagħab seba’ partiti u skorja goal wieħed biss.

    L-aġent ta’ Di Lorenzo, Marco Giuffredi, faħħar lil dan il-player meta qal li huwa qabad sew mat-tattiċi tal-coach Carlo Ancelotti. Giuffredi żvela li fil-bidu ta’ dan is-sajf anke Inter kienu tħajru għalih iżda fl-aħħar mill-aħħar, Di Lorenzo iddeċieda li jmur jilgħab fi Stadio San Paolo.

    Anke l-coach tat-team nazzjonali Taljan, Roberto Mancini, issaħħar bil-wirjiet ta’ dan l-istess player fejn anke ddebutta kontra Liechtenstein fil-logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2020.