Kia tikseb riżultati rekord fis-suq Ewropew

    Kia Motors irreġistrat l-aktar riżultati ta’ matul is-sena b’saħħithom minn mindu daħlet fis-suq Ewropew, b’aktar minn 120,800 vettura mibjugħa fit-tielet kwart tal-2019. Informazzjoni mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Karozzi (ACEA) turi kif il-volum ta’ Kia sa Settembru kiber b’0.9% minn fuq is-sena ta’ qabel, b’389,151 karozza mibjugħa. Fl-istess perjodu, id-ditta kompliet ukoll tkabbar is-sehem tagħna fis-suq li issa tela’ għal 3.2%.

    “Dan ir-riżultat huwa l-frott tal-istrateġija tagħna li nintroduċu vetturi li jkunu meqjusa sew u li niżviluppaw sistemi elettriċi avvanzati,” spjega Emilio Herrera, Kap tal-Operazzjonijiet għal Kia Motors fl-Ewropa. “Il-familja dejjem tikber ta’ karozzi elettriċi u hybrid minn Kia qed tikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-ditta fl-Ewropa, hekk kif aktar sewwieqa qed jintebħu bl-ispejjeż baxxi u l-valur komplessiv ta’ dawn it-tip ta’ vetturi.”

    L-għażla ta’ mudelli elettriċi minn Kia attirat domanda qawwija matul l-ewwel disa’ xhur tal-2019. Fil-fatt, bejgħ tan-Niro kiber b’31.7% għal 44,949 vettura, megħjun mill-introduzzjoni tal-mudell ġdid Niro Hybrid. Kia qed tippjana wkoll li ddaħħal mekkaniżmi differenti għal mudelli oħrajn fix-xhur li ġejjin.

    Favoriti u crossovers

    It-tielet kwart tas-sena kompla jsaħħaħ il-popolarità tal-mudelli fil-kategorija ‘crossover’ ta’ Kia. It-total tal-bejgħ għal din il-klassi kiber bi 3% u laħaq 195,735 vetturi bil-mudelli favoriti mas-sewwieqa jkunu Stonic (51,143 vettura), Sportage (93,394) u Niro (44,949).

    Il-kumpanija kompliet tara wkoll żieda fil-popolarità tal-mudell kompatt tagħha Kia Picanto, li hija t-tielet karozza l-aktar mibjugħa mid-ditta wara Kia Ceed u Kia Sportage. Wara li s-sena li għaddiet ġew introdotti l-varjanti ġodda GT-Line u X-Line, il-bejgħ tal-Picanto żdied bi 3.5% li jfissru 59,278 vetturi.

    Għal aktar informazzjoni dwar il-mudelli Kia, żur ix-showroom fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi, mur online fuq kia.com/mt jew idħol fuq il-paġna Facebook Kia Malta.