Il-GWU Youths taqbel li jkun dikjarat stat ta’ emerġenza dwar it-tibdil fil-klima

    Il-GWU Youths taqbel mal-proposta mressqa mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ li fiha qed jintalab li jkun dikjarat stat ta’ emerġenza dwar it-tibdil fil-klima.

    It-tibdil fil-klima hija realtà globali u għalhekk pajjiżna għandu jingħaqad mal-kumplament tal-pajjiżi bil-għan li jinħoloq iżjed għarfien dwar l-effetti devastanti li tħalli din il-problema, kif wkoll biex jara li jkun aġġornat il-qafas legiżlattiv eżistenti ħalli jkun hemm iżjed infurzar f’dan ir-rigward.

    Wasal iż-żmien fejn mill-kliem immorru għall-fatti u verament nibdew nimplimentaw soluzzjonijiet iżjed konkreti.

    Il-GWU Youths tittama li fil-jiem li ġejjin jibdew diskussjonijiet fejn l-għaqdiet mhux governattivi jingħataw l-ispazju kollu meħtieġ biex iressqu l-proposti tagħhom quddiem il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ kif ukoll quddiem il-Parlament Malti.