Moise Kean se jingħaqad ma’ Milan?

    Milan qed ikomplu jfittxu aktar akkwisti għal Jannar bil-għan li jsaħħu l-iskwadra tagħhom. Il-politika tal-club Rossonero tibqa’ dik li jsibu players żgħażagħ li ma tantx jiswew ħafna flus u li ‘l quddiem ikunu jistgħu jbigħhom bi prezz ogħla u jieħdu l-qligħ minnhom.

    B’dan f’moħħhom, id-diriġenti Massara-Boban-Maldini qed jagħtu parir sabiex imorru għall-player żagħżugħ ta’ 19-il sena Moise Kean. Dan tal-aħħar kien jilgħab ma’ Juventus u fil-bidu ta’ dan l-istaġun ingħaqad ma’ Everton fil-Premier League Ingliż.

    Minkejja kollox, il-player mhux qed isib postu mat-Toffees u dan il-fattur qed idejqu xi ftit. B’hekk l-istess Kean mhux se jirrifjuta xi perjodu ta’ self mar-Rossoneri, l-importanti li jilgħab u jsib postu fl-ewwel ħdax.