Jitolbu “sigurtà għal kulħadd” fi protesta spontanja wara r-rewwixta ta' dan il-lejl fiċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far

    Uħud mill-ħaddiema tal-Aġenzija AWAS (Agency for the Welfare of Asylum Seekers) fi protesta minn jeddhom fi Pjazza Kastilja talbu “sigurtà għal kulħadd”. Dan b’referenza għar-rewwixta li żvolġiet fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far matul il-lejl li għadda, b’ħaddiema taċ-ċentru jisfaw attakkati u bil-karozzi tagħhom maħruqin.