[FILMAT] Filmat miġbud minn immigranti juri l-kaos waqt ir-rewwixta ta' matul il-lejl f'Ħal Far

    Filmat li qed jixxandar fuq il-midja soċjali juri s-sitwazzjoni fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far waqt ir-rewwixta tal-bieraħ.

    Fil-filmat l-immigranti jidhru jieħdu aċċess fil-guard post fl-entratura taċ-ċentru. Saħansitra wieħed minnhom jidher jitla’ fuq is-saqaf tal-binja u jkisser kamera tas-sigurtà li kien hemm ma’ arblu.

    Fil-filmat jidhru wkoll il-vetturi tal-ħaddiema taċ-ċentru miftuħ li aktar tard inħarqu mill-immigranti.