Zlatan Ibrahimovic ma’ Napoli?

    Napoli qed jinteressaw ruħhom sabiex jakkwistaw lill-attakkant Zlatan Ibrahimovic mingħand LA Galaxy. F’intervista li ta l-coach tal-Partenopei, Carlo Ancelotti, qal li ilu jsegwi mill-viċin dak li għamel Ibrahimovic fil-kampjonat MLS meta skorja 52 goal f’56 partita f’sena.

    Ancelotti qal li player bħal dan minkejja l-etá tiegħu kapaċi jagħmel id-differenza kollha fil-ground u jaf ikun deċiżiv f’partiti kruċjali.

    Dan jista’ jkun ritorn fis-Serie A għal Ibrahimovic hekk kif fil-passat lagħab ma’ Juventus, Inter u Milan fejn rebaħ ħafna unuri fosthom sitt kampjonati Taljani.

    Illum il-ġurnata Ibrahimovic għandu 38 sena u dalwaqt jiskadielu l-kuntratt ma’ LA Galaxy sabiex ikun liberu li jmur ma’ min irid.