Milan se jneħħu lil Suso?

    Milan jinsabu lesti li jneħħu lill-midfielder Spanjol tagħhom, Suso. F’Milanello diġá qed ikun diskuss dan it-trasferiment eventwali li jista’ jseħħ f’Jannar bil-għan li Milan jirċievu aktar flus u b’hekk ukoll jibbilanċjaw il-kotba finanzjarji tal-klabb.

    Suso għandu 26 sena u ilu ma’ Milan sa mis-sena 2015 fejn lagħab 117-il partita u skorja 20 goal. Fl-istaġun 2016/17 huwa kien misluf lil Genoa filwaqt li fil-karriera tiegħu hu lagħab ukoll ma’ Almeria u Liverpool.

    Din il-mossa tista’ tiġi fis-seħħ minħabba li Milan għadhom bi ħsiebhom li jiksbu s-servizzi tal-attakkant Arġentin ta’ Atletico Madrid, Angel Correa. Dan tal-aħħar kellu jiġi fis-sajf iżda l-ftehim tant  mistenni bejn iż-żewġ partijiet ma wasalx.