“L-Unjoni Ewropea lesta li tagħti estensjoni oħra għal Brexit għal wara l-aħħar ta’ Ottubru”

    L-Unjoni Ewropea lesta li tagħti estensjoni oħra għal Brexit għal wara l-aħħar ta’ Ottubru jekk tirċievi ittra  b’din it-talba mingħand Boris Johnson. Madankollu l-blokk Ewropew mhux se jkun hu li jagħmel l-ewwel pass. Hekk saħqu uffiċjali għoljin fi Brussell.

    Ftit wara li l-Parlament Brittaniku għadda emenda fejn il-Prim Ministru Johnson tpoġġa taħt obbligu legali biex jitlob estensjoni, kelliema għall-Kummissjoni Ewropea talbet għal kjarifika minn Downing Street.

    “Il-Kummissjoni Ewropea tinnota l-vot li ttieħed fil-Parlament Brittaniku fir-rigward tal-emenda Letwin, li jfisser li l-ftehim innifsu ma tpoġġix għall-vot tal-Parlament illum,” saħqet il-kelliema. “Issa huwa f’idejn il-Gvern Brittaniku li jinformana dwar il-passi li jmiss fl-iqsar żmien possibbli.”

    It-talba tar-Renju Unit imbagħad trid tkun approvata mill-kapijiet tal-istat.